Din il-gżira ċkejkna tista’ tħabbatha ma’ Singapore u ssir ċentru ta’ investiment barrani fl-Ewropa.
Dan sostnieh, Mark Weingard, investitur Ingliż ta’ fama internazzjonali ma’ The Business Observer.
Weingard li fl-aħħar snin investa sew f’pajjiżna, fosthom fil-kapitali ta’ pajjiżna kellu kliem sabiħ għal mod kif Malta tattira l-investiment barrani.
Huwa qal li t-tnaqqis fir-rata tat-taxxa għall-investituri barranin tagħmel lil pajiżna ferm kompetittiv u għalhekk Malta tista’ tkun is-Singapore tal-Ewropa.
Weingard sostna li issa ilu jgħix madwar erba’ snin f’pajjiżna u Malta hija dak il-post li fih iħossu komdu ferm.
Huwa spjega kif dar id-dinja u li għandu storja personali drammatika għaliex salva minn tlett traġedji dinjija; l-attakk tal-11 ta’ Settembru 2001 fi New York, l-attakk terroristiku ta’ Bali fl-2002 u d-diżastru naturali ta’ tsunami fl-Indoneżja fl-2004.