Il-Kap tal-Oppożizzjoni għal darb’oħra ħareġ jattakka l-investiment tas-saħħa ta’ €200 miljun li ser jibbenefika minnu l-poplu Malti u Għawdxi mingħajr joħroġ ċenteżmu u li permezz tiegħu ser ikollna kwalità aħjar tas-saħħa permezz ta’ investiment fl-Isptar ta’ Għawdex, San Luqa u Karin Grech li għal ħafna snin tħallew fi stat ta’ telqa.
Il-Partit Laburista qal li skont il-Kap tal-Oppożizzjoni, dan il-Gvern għandu jagħmel kif għamel ta’ qablu li tejjeb ferm is-servizz tas-saħħa kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
“Jidher ċar li Simon Busuttil ma jafx xi jħossu l-Maltin u l-Għawdxin dwar il-qasam tas-saħħa u kemm jixirqilhom servizz tas-saħħa aħjar minn dak li kellhom fi żmien amministrazzjoni preċedenti.”
L-appell tal-Partit Laburista lil Simon Busuttil li għal darb’ oħra qed jipprova jbeżża’ fuq investiment f’pajjiżna, hu biex jisma’ mill-eks Deputat tiegħu Albert Fenech li qal li qed idejquh l-istejjer ivvintanti u affarijiet li n-nies jestrapolaw u jimmaġinaw dwar dawn il-proġetti tas-saħħa.
Tul l-intervista l-Kap tal-Oppożizzjoni żamm fommu sieket fuq każijiet fi ħdanu li ħarġu din il-gimgħa jew komplew joħorġu aktar fatti fuqhom din il-gimgħa , bħalma m’huma l-każijiet tad-deputati Tonio Fenech ,u Toni Bezzina u tas-Sindku tar-Rabat Samuel Azzopardi.