Meta fl-2010, taħt l-amministrazzjoni preċedenti, infethet il-klinika ta’ San Frangisk ġħall-kura tal-annimali f’Ta’ Qali, intefqet is-somma ta’ €19,107.65 mill-Ministeru tal-eks Ministru Ġorġ Pullicino.
Meta wieġeb mistoqsija parlamentari ta’Anthony Agius Decelis, is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes qal li dan ma kienx il-każ meta dan il-Gvern inawgura dak li llum huwa l-Isptar San Franġisk f’Ta’ Qali.
Huwa qal li l-Ministeru ma daħal fl-ebda spiża ħlief ghall-kiri ta’ sistema tal-awdjo għall-okkazjoni, bi spiża ta’ €466.10.