Mal-erba mitt elf persuna żaru l-gżira Għawdxija u Kemmuna.
Dan skont statistika tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO li nġabret bejn l-elfejn u sbatax u l-elfejn u dsatax.
Jirriżulta li erbgħa u ħamsin punt tlieta fil-mija li żaru Għawdex huma nies residenti f’Malta.
Is-sena l-oħra kien hemm aktar minn mitejn elf persuna li jgħixu f’Malta li marru Għawdex jew Kemmuna, bil-biċċa l-kbira marru għal btala.
In-nefqa ta’ turiżmu domestiku kienet ta’ kważi erbgħin miljun ewro.