Partitarji Nazzjonalisti huma urtati għall-istazzjon tal-partit tagħhom stess, għal mod kif irrapporta l-istħarriġ tat-Torċa ta’ Dr Vincent Marmarà u tal-Maltatoday.
Dan urewh biċ-ċar fi grupp ta’ Partitarji Nazzjonalisti fuq Facebook.
Ritratt li waslu għand ONE News juru lil xi ħadd jistaqsi dwar x’jaħsbu dwar l-istħarriġ u ppubblika l-artiklu tan-NET.
Bit-titlu ta’ dan l-artiklu tal-midja Nazzjonalista jgħid li l-istħarriġ tal-Ħadd żied il-fiduċja f’Bernard Grech u fil-Partit Nazzjonalista.
Hawnhekk dlonk wieġbu xi ħadd u staqsih jekk jaħsibx li l-artiklu tal-midja Nazzjonalista qed jgħid sew.
Il-partitarji Nazzjonalisti qablu kif l-artiklu tal-midja Nazzjonalista kien diżleali lejn il-partitarji tal-partit tagħhom stess.
Intqal kif it-tmexxija Nazzjonalista ħalfet li tibqa’ fl-Oppożizzjoni u komplew bl-istess diska, li qed tkisser lill-Partit Nazzjonalista.
Dan intqal anke bi pressjoni lejn il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, hekk kif dan kien il-magħżul tal-establishment tal-Partit Nazzjonalista sabiex jitqaċċat l-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia minħabba r-riżultati diżappuntanti fl-istħarriġ tal-gazzetti.
Imbagħad oħra semmiet kif hemm il-maġġoranza siekta.
Hawnhekk hija qalet bħal Kap Nazzjonalista Bernard Grech, meta dan kien semma li għandu l-maġġoranza silenjuza.
Qal, “Bħalna hawn eluf li qegħdin kwieti, hawn maġġoranza silenjuza illi ser tagħti risposta dakinhar ġewwa l-kaxxa tal-vot.”