F’Birkirkara quddiem il-partitarji tiegħu, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech mill-ewwel deher li ħa jagħmel diskors isteriku.
Fost għajjat u attakki qal li għandu n-Nazzjonalisti ta’ kwalità.
Bernard Grech: “Għandna Nazzjonalisti ta’ kwalità.”
Grech attakka kemm felaħ il-Gvern.
Skontu mhu jsir xejn b’rabta mal-inflazzjoni, anki jekk il-prezzijiet stabbli tal-enerġija u fil-prezzijiet ta’ erba’ mitt prodott essenzjali tal-ikel huma fis-seħħ.
Imbagħad infexx jattakka lil Prim Ministru.
Fi stqarrija l-Partit Laburista nnota kif il-Kap tal-Oppożizzjoni, li qatt ma ħallas it-taxxa qabel daħal fil-politika u nqabad, huwa l-uniku li għandu spjegi x’jagħti.
Mhux biss minn fejn ġab dak li għandu iżda minn fejn ġab biex ħallas dak li ma ħallasx għal ħafna snin.
Bernard Grech infexx jattakka lil Prim Ministru fuq rapport fis-Sunday Times li juri t-tweġibiet inekwivoki tal-Prim Ministru dwar dħul mill-ħidma legali tiegħu u t-Times ippubblikat ukoll dokument mill-bank li juri kif il-kontijiet tal-Prim Ministru huma dikjarati li huma tajba.
L-istqarrija wieġbet l-attakk ta’ Bernard Grech li għamel snin twal ma jħallasx it-taxxa u nnutat li l-Kap tal-Oppożizzjoni anke fil-kritika jiġi konfuż.
Filli jattakka lil Prim Ministru għax kellu ħafna xogħol u filli jsaqsih x’ħadem.
Bernard Grech: “Għall-kuntrarju tal-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Prim Ministru qatt ma kellu kwistjonijiet mal-awtoritajiet u jista’ jifhem in-nies għax ħadem u ħallas it-taxxa. Għalhekk żamm il-kontijiet u l-prezzijiet stabbli u huwa l-moħħ wara għadd kbir ta’ miżuri soċjali li jgħinu lin-nies. Miżuri li l-Oppożizzjoni dejjem tkun kontrihom”, saħaq il-Partit Laburista.