Naxxar Lions komplew jikkonfermaw staġun mill-aktar pożittiv għalihom waqt li komplew ikabbru l-problemi ta’ Valletta meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1, bil-gaols għalihom jaslu fl-ewwel taqsima.
Naxxar ikkonnvinċew bis-sħiħ tul id-90 minuta, b’Valletta jwettqu reazzjonin tajba fit-tieni taqsima, fejn sabu wkoll ix-xibka fl-istadji bikrin tagħha, iżda ma rnexxielhomx iġibu l-iskor indaqs.
In-Naxxarin għamlu l-intenzjoniiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l-iskor fil-ħames minuta meta Tatsuro Nagamatsu wara li rċieva minn cross ta’ Maicon De Souza Da Silva, spara ġewwa.
Valletta wieġbu ħames minuti wara meta Federico Vega serva lil Shaun Dimech iżda dan kellu x-xutt kemmxejn fraġli tiegħu jiġi salvat mingħajr wisq diffikultá mill-goalkeeper żagħżugh ta’ Naxxar, Matthias Debono.
Iżda kienu Naxxar li bdew jipproduċu l-isbaħ logħob u fil-31 minuta, irduppjaw l-iskor meta Edson Farias Corquira minn pożizzjoni ideali u b’xamma kbira għall-goal, spara ġewwa.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Valletta ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv ovvju li jnaqqsu l-marġni tal-iskor u ta’ dan ġew ippremjati meta fit-48 minuta rnexxielhom isibu x-xibka meta Federico Falcone approfitta minn indeċiżjoni ta’ Matthias Debono li ħarablu l-ballun minn idejh, u tefa’ ġewwa.
Naxxar Lions wieġbu żewġ minuti wara meta Pablo Augusto De Carvallo impenja bis-sħiħ lill-goalkeeper tal-Lilywhites, Jake Galea, li dawwar tajjeb f’corner.
Huma komplew jippressaw u fit-52 minuta wara l-istess Pablo Augusto De Carvalho dar ma’ Jake Galea u difensur avversarju iżda ra lil Galea jsalva tajjeb.
Iżda kienu Valletta li resqu ferm viċin li jġibu l-iskor indaqs mas-siegħa logħob meta s-sostitut Diego Cardoso Nogueuira, mill-viċin tefa’ barra.
Huma tefgħu kollox fuq l-attakk bit-tama li jsibu l-goal tad-draw, iżda sabu difiża ferm kumpatta u organizzata ta’ Naxxar li annullat għal kollox l-attakki tagħhom, bil-Lions ikomplu jamministarw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.