Naxxar L. komplew ikabbru l-problemi ta’ Santa Lucia meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 4-0, biex b’hekk il-Luċjani baqgħu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika mingħajr ebda punt.
Kienu Santa Lucia li ħolqu l-ewwel periklu fl-10 minuta meta xutt ta’ Eduard Wagner għadda ftit barra.
Naxxar wieġbu fl-14-il minuta meta Pablo Augusto kellu x-xutt fil-baxx tiegħu jiġi salvat f’corner mill-goalkeeper ta’ Santa Lucia, Francisco Celio.
Dan tal-aħħar reġa’ kien l-eroj għat-tim tiegħu fl-24 minuta meta salva xutt ta’ Moreira, biex mir-rebound Maicon tefa’ barra.
Naxxar fetħu l-iskor fil-41 minuta logħob meta minn azzjoni ta’ kontrattakk veloċi, il-ballun wasal għand Pablo Augusto li kellu x-xutt sabiħ tiegħu jintemm wara Celio, bil-ballun jaħbat mal-wieqfa qabel intemm ġewwa.
Naxxar rduppjaw l-iskor fid-49 minuta meta Pablo Augusto b’xamma kbira għall-goal tefa’ l-ballun fix-xibka.
Żewġ minuti biss wara, il-Lions skorjaw it-tielet goal meta Pablo Augusto għadda tajjeb lejn Edson Farias li żmarkat tefa’ l-ballun f’lasta vojta.
Santa Lucia wettqu reazzjoni tajba u kienu sfortunati meta laqtu l-wieqfa fis-57 minuta permezz ta’ Tatsuro Nagamatsu.
U fit-62 minuta kien imiss lil Naxxar li jolqtu l-lasta, din id-darba permezz ta’ Pablo Augusto.
Naxxar skorjaw ir-raba’ gowl tal-logħba fis-87 minuta, meta wara li rċieva minn freekick ta’ Daren Falzon, Joaa Vitor bir-ras tefa’ l-ballun wara Celio.
Referee: Matthew De Gabriele
BOV Plejer tal-Logħba: Pablo Augusto (Naxxar L.)