Il-Kap tal-Oppożizzjoni Russu Alexei Navalny issa qed jingħata l-kura fl-isptar tal-ħabs u l-kundizzjoni tiegħu hija sodisfaċenti.
Hu ilu fuq strajk tal-ġuħ għal 20 jum minħabba li skont hu ma kienx qed jingħata kura xierqa.
Fi stqarrija, it-tmexxija tal-ħabs li fih qed jinżamm Navalny qalet li dan qed ikun eżaminat minn tabib kuljum, u aċċetta li jingħata l-kura.