Alexei Navalny, kritiku qawwi tal-President Russu Vladimir Putin, weħel tliet snin u nofs ħabs.
Navalny kien akkużat li kiser il-kundizzjonijiet ta’ sentenza sospiża li ngħatat fl-2014, wara li ma baqax jirrapporta b’mod regolari lill-Pulizija Russa kif kien mitlub minnu.
L-avukati ta’ Navalny argumentaw li l-akkużi kontra Navalny kienu assurdi minħabba l-fatt li għall-aħħar xhur kien qed jingħata l-kura f’Berlin, wara li kien ġie vvalenat bin-Novichok.
Fil-Qorti, Navalny qal li l-President Vladimir Putin hu resposnabbli għall-attakk fuqu.
Intant meta Navalny tressaq il-Qorti f’Moska, il-Pulizija Russa arrestat mal-mitejn persuna li kienu barra l-binja tal-Qorti.