Il-kap tal-oppożizzjoni Russa u kritiku tal-Gvern Russu, Alexei Navalny, qal illi l-arrest tiegħu sar b’mod illegali. Navalny sostna dan permezz ta’ telefonata bil-video waqt is-smigħ tal-appell.
L-imħallef ċaħad l-appell ta’ Navalny. Huwa qed jilmenta wkoll li mhux qed jitħalla jkellem lill-avukat tiegħu b’mod privat minn mindu ġie arrestat.
Il-kritiku ewlieni tal-President Russu Vadimir Putin, ġie arrestat fis-17 ta’ Jannar hekk kif rifes art twelidu wara li kien għadu kemm jasal minn Berlin; fejn hu kien qed jiġi trattat għall-ivvalenar li seta’ ħallieh bla ħajja.
Il-pulizija Russa arrestat ukoll lill-avukat ta’ Navalny, Lyubov Sobol kif ukoll ħuh Oleg.