Nature Trust Malta laqgħet il-fatt li l-Awtorità tal-Ippjanar irrevediet id-deċiżjoni li ħadet is-sena l-oħra, dik dwar pubblikazzjoni ta’ informazzjoni u d-dokumenti marbuta ma’ proġetti kbar.
Fi stqarrija Nature Trust Malta qalet li dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba biex l-awtoritajiet isiru aktar trasparenti.
Din l-organizzazzjoni temmet tgħid li tispera li jkun hemm aktar titjib f’dan is-settur sabiex jiġi ssalvagwardjat l-ambjent u għaqdiet mhux governattivi bħalha jkunu jistgħu ssemgħu leħinhom.