L-organizzazzjoni mhux governattiva Nature Trust faħħret lill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana talli stqarr li pajjiżna għandu jfittex modi innovattivi biex l-ekonomija Maltija tkompli tikber b’mod sostenibbli u b’tali mod li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent.
L-organizzazzjoni ambjentali saħansitra ħeġġet aktar nies fosthom lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex jappoġġja lill-Ministru Caruana bil-għan li bl-għajnuna ta’ kulħadd, tiġi implimentata viżjoni ta’ żvilupp sostenibbli għal pajjiżna.
Nature Trust appellat biex infittxu aktar strateġiji alternattivi li ser isostnu t-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna.
Hi sostniet li l-benessere ta’ din il-ġenerazzjoni u dawk futuri għandhom ikunu prijorità.