Bis-saħħa ta’ inizjattiva ta’ studenti u għalliema, l-Iskola Sekondarja tal-Blata l-Bajda għandha ġnien għall-qari.
Dan inħoloq taħt il-programm Dinja Waħda, li l-għan prinċipali tiegħu hu li jqarreb lit-tfal lejn in-natura.
‘Ġnien il-Qari’ kien inawgurat dalgħodu mill-Ministru tal-Edukazzjoni u x- Xogħol Evarist Bartolo, il-Prinċipal tal-Kulleġġ u l-Kap tal- Iskola, fil-preżenza ta’ rappreżentanti ta’ BirdLife Malta.
Il-proġett sar realtà bis-saħħa tal-kollaborazzjoni bejn il-Kulleġġ u BirdLife Malta u kien jinvolvi l-ħolqien ta’ ġnien mifrux fuq spazju ta’ 200 metru kwadru fil-grawnds tal-iskola, b’seating għal zona ddedikata għall-qari li tista’ tintuża mill-iskola kollha.