Natalie Paterson ta’ 63 sena mill-Gżira hija l-mara li tilfet ħajjitha wara inċident bil-mutur fil-Mellieħa. L-inċident seħħ ilbieraħ fi Triq il-Marfa. Illum mistennija ssir l-awtopsja fuq il-katavru tal-mara.
Xarabank misjuqa minn raġel ta’ 40 sena minn Birkirkara ħabtet ma’ mutur tat-tip Kymco Agility misjuq minn raġel ta’ 52 sena mir-Rabat. Paterson kienet passiġġiera fuq il-mutur. Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei minnufih, fejn iktar tard ġiet iċċertifikata mejta.
Aqra wkoll:
http://www.one.com.mt/2018/08/19/mara-mill-gzira-titlef-hajjitha-fincident-bmutur/