Il-Qorti tal-Appell irriformat sentenza fil-konfront ta’ Lawrence Darmanin u naqsitlu b’€500 multa ta’ €1,500 li kien ġie ordnat iħallas wara li nqabad jonsob meta l-istaġun tal-insib kien magħluq.
Il-każ seħħ f’April tal-2015 meta żewġ uffiċjali tal-pulizija li kienu qed jagħmlu ronda fl-inħawi Ta’ Bidni f’Ħaż-Żabbar sabu tagħmir li jintuża għall-insib.
Darmanin kien ċaħad l-akkużi kontrih u sostna li ħalla tagħmir armat għax kien fih biċċa xogħol biex joqgħod iżarmah u jarmah mill-ġdid minn staġun għall-ieħor.
Il-Qorti tal-Appell ippreseduta mill-Maġistrat Giovanni Grixti, qal li m’hemmx dubju li r-raġel kien qed jonsob.
Osservat ukoll li Darmanin talab biex titnaqqas il-piena u mhux li jiġi illiberat mill-akkużi li nstab ħati tagħhom.
Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti naqqset il-multa għal €1,000 u kkonfermat is-sospensjoni tal-liċenzja għal sentejn.