F’filmat ġdid li tella’ dalgħodu Nuseir Yassin fuq il-paġna tal-Facebook tiegħu Nas Daily, appella biex aktar nies jagħżlu li jmorru jgħixu f’wieħed mill-irħula f’Għawdex – ir-raħal ta’ San Lawrenz.Fil-filmat hu jidher jispjega kif ħassu milqugħ mir-residenti ta’ dan ir-raħal, minkejja li ftit hemm żgħażagħ u tfal u li dawn dejjem qed jonqsu aktar m’hu qed jgħaddi ż-żmien.
Temm billi qal li r-residenti għalekk qed jappellaw flimkien miegħu biex aktar persuni jmorru jgħixu hemm hekk kif il-bibien tagħhom huma miftuħin.
Nuseir hu Iżraeljan li jdur id-dinja flimkien mat-tim tiegħu u jtella’ filmati ta’ minuta fuq paġna fuq Facebook li fiha għandu kważi sitt miljun segwaċi.
Intant is-Sibt li ġej it-tim ta’ Nas Daily qed jistieden lill-pubbliku kollu biex fis-18:00 ta’ filgħaxija jingħaqad fi Pjazza Tritoni hekk kif se jkun qed jittella’ spettaklu li għalih se tattendi l-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca kif ukoll se jkun hemm il-grupp mużikali Red Electrick.