B’investiment ta’ żewġ miljun ewro, tħabbar proġett biex binja għall-anzjani fir-residenza San Vincenz de Paule tinbel f’ċentru ta’ kura fit-tul għal persuni bejn it-tmintax u disgħa u ħamsin sena li jkollhom bżonn kura fit-tul u li preżentament dawn jirċievu l-kura mal-anzjani.
Din il-faċilità li se jkollha 16-il sodda ingħatat l-isem “Narċis”.
Il-Kap Eżekuttiv ta San Vincenz de Paule Josianne Cutajar qalet li minkejja li f’dawn l-aħħar sitt snin il-facilità rat zieda minn ħamsin għal sebgħin miljun ewro f’nefqa rikorrenti, kien hemm ghafsa ta qalb ghal meta l-facilita kienet tintalab tindokra pazjenti izghar li minħabba xi tragedja jispiccaw rikoverati ghal zmien twil.
Saħqet li s-sitwazzjoni kienet li pazjenti iżgħar fl-età kienu jispiccaw ma’ residenti ta’ età avvanzata. Ghalhekk tliet snin ilu nbeda studju biex tiġi analizzata s-sitwazzjoni. Gie konkluż li hemm bżonn li tinħoloq facilità bi programm speċjalizzat għal rijabjlitazzjoni fiżika għal nies sabiex jintegraw fil-komunità.
Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis esprima x-xewqa li dan il-programm iwassal biex diversi persuni jerġgħu jibdew jgħixu fil-kommunita.
“Narċis ħa jkun qed jiġbor lil dawn in-nies, itihom is-sapport kollu neċessarju bis-servizzi tal-Aġenzija Sapport bit-tama li jkunu jistgħu jerġgħu jmorru lura fil-komunita. Ix-xewqa tagħna hija li naraw kemm jista’ jkun numru ta’ persuni li jmorru lura fil-komunita u hemmhekk l-iktar li nkunu ferħanin. Iktar ma kemm dan-numru jkun kbir iktar l-ħolma tagħna tkun seħħet realtà,” spjega s-Segretarju Parlamentari.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li dan il-proġett se jindirizza realtà żgħira li teżisti. Sostna li rridu naslu f’punt li kull persuna b’kundizzjoni eventwalment terġa’ tibda tgħix fil-komunità.
Wieħed mill-pazjenti li se jibbenefika minn dan il-programm huwa Matthew Dingli li ta’ wieħed u tletin sena beda jingħata kura fit-tul f’din il-faċilità wara li ndarab f’inċident.
Matthew li llum għandu 34 sena sostna ma’ one.com.mt ix-xewqa tiegħu hi li jirrijabilità ruħu ma’ nies tamparu.
“Looking forward a lot, forsi jkun hemm nies li jkunu ftit ikbar minni mhux ikunu fuq it-tmeninijiet u disgħinijiet. Dak nixtieq li nkun ma nies tampari mhux mal-anzjani,” saħaq Matthew.