Iktar minn 70 individwu mid-dipartiment tat-tifi tan-nar intbagħtu sabiex jikkontrollaw in-nirien li ħakmu ħanut tal-kafè ġoż-zoo bil-konsegwenza li nxtered in-nirien f’petting zoo u f’ħanut ieħor fil-viċinanzi.
In-nirien inqabdu fil-viċinanzi ta’ vaska tal-pingwini antika. Kelliem għaż-zoo stqarr li diversi annimali kienu fil-viċinanza. S’issa huwa konfermat li miet aardvark bl-isem ta’ Misha u bħalissa hemm erba’ meerkats mitlufin.
Apparti dan, hemm 8 persuni midruba u persuna kellha tittieħed l-isptar. 6 persuni kellhom jiġu trattati minħabba xi duħħan li setgħu belgħu u 2 oħra ġew trattati għal feriti ħfif.
Dak il-ħanut tal-kafè li xi darba kellu ħitan mimlijin kuluri, illum inħakem minn swidija kbira.