Tlett ħaddiema kienu qegħdin jaħdmu fil-kċina tar-restorant meta kien hemm xi nirien. Kawża ta’ dan, Malti ta’ 36 sena, residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, Ċiniż ta’ 51 sena, residenti l-Imsida u Russa ta’ 30 sena residenti San Ġiljan sofrew xi ġrieħi u ttieħdu l-isptar.
Mill-isptar Mater Dei, l-Għawdxi u r-Russa ġew ċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi, u ċ-Ċiniż ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura ħafifa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u nofs fi Triq ix-Xatt, tas-Sliema.