Ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li matul it-tieni nofs tas-sena li għaddiet naqsu l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2016.
L-istatistika turi li kien hemm tnaqqis fl-għadd ta’ nies li kellhom inċident fuq il-post tax-xogħol bejn Lulju u Diċembru tas-sena li għaddiet. In-numru ta’ inċidenti laħħaq l-1,589 – 1.2 fil-mija jew 19-il każ inqas mill-2016.
Il-maġġoranza sostanzjali ta dawk li weġġgħu waqt li kienu fuq il-lant tax-xogħol kienu irġiel : elf mitejn u disgħa u sebgħin imqabbla ma’ tliet mija u għaxar nisa li kellhom inċidenti fuq il-post tax-xogħol.
Għal darb’oħra; l-oqsma tal-manifattura; il-kostruzzjoni u t-trasport u l-komunikazzjoni kienu l-aktar oqsma li kkawżaw l-akbar għadd ta’ inċidenti minkejja li l-għadd globali ta’ każi rrappuratati naqsu mill-2016.
Fortunatament, il-maġġoranza assoluta tal-każi kienu jinvolvu feriti superfiċjali kważi tmienja u ħamsin fil-mija tal-każi; jew każi mhux akuti bħall-ksur; 10 fil-mija.
L-akbar għadd ta’ nies li kellhom inċidenti kellhom bejn il-25 u l-34 sena; u l-maġġoranza tal-każi huma impjegati full time ma’ intraprizi li jħaddmu l-fuq minn mitt impjegat/
Fortunatament, ma kien hemm l-ebda inċident fatali f’dan il-perjodu meta fl-istess perjodu fl-2016 kienu seħħu tliet fatalitajiet fuq il-post tax-xogħol.