Skont ċifri ppubblikati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, pajjiżna ta 101,777 doża kontra l-Covid-19.
Dan it-tragward intlaħaq wara li l-ewwel dożi tal-kumpanija Pfizer waslu fis-26 ta’ Diċembru u l-għada bdew jingħataw l-ewwel dożi.
Minn dak iż-żmien s’issa tlaqqmu ħaddiema fis-settur tas-saħħa u ħaddiema oħra fuq quddiem tal-ġlieda kontra l-imxija bħal membri tal-pulizija, l-armata u għalliema, fost oħrajn.
Dan flimkien ma’ anzjani u persuni vulnerabbli.
Mill-ġimgħa l-oħra bdew jintbagħtu l-istedniet biex jitlaqqmu persuni minn sittin sena ‘l fuq.
Minn dawn id-dożi kollha, 34,181 ħadu t-tieni doża.