Toilets tal-irġiel f’binjiet pubbliċi fl-Istati Uniti issa jrid ikollhom faċilitajiet fejn l-irġiel ibiddlu l-ħrieqi tat-trabi. Dan skont liġi ġdida, iffirmata mill-President Barack Obama aktar kmieni dan ix-xahar.
L-aħbar laqtet mill-qrib lil Wayne Aquilina, missier għall-ewwel darba ftit tal-jiem biss ilu. Kitbilna b’dawn il-kliem:
“Ħafna drabi nitkellmu dwar l-ugwaljanza, pero’ wisq nikkonfondi, li din il-kelma tintuża biex ħafna drabi xxaqleb lejn ċerta drittijiet għan-nisa biss. L-isfortuna hija li f’ċerta sitwazzjonijiet u każijiet il-kelma u l-azzjoni ta’ uwgaljanza tiġi minsija fuq l-irġiel.
L-aħbar dwar il-liġi l-ġdida fl-Amerka hija eżempju mill-aktar ċar, li nħoss li jagħti lir-raġel il-livell li jixraqlu fejn jidħlu l-ulied. Għaliex ‘baby-changing facilities’ f’pajjiżna ssibhom biss fit-toilets tan-nisa?
Dan ifisser li raġel (il-missier f’ħafna sitwazzjonijiet)…ma jafx ibiddel ħarqa? ma jafx ibiddel il-bzonnijiet tya’ uliedu trabi? U jekk jien noħroġ lil ibni, u jkolli bżonn inbiddilu? X’nagħmel? nidħol f’toilet tan-nisa?
Dan huwa biss eżempju wieħed fejn tidħol id-diskriminazzjoni fuq ir-raġel fit-trobbija.
Hemm ħafna aktar minn hekk. Fost oħrajn insemmi, il-‘leave’ tal-paternità li għall-missier huwa biss ta’ tliet ijiem. F’każ tipiku li l-omm (iġifieri il-mara/il-partner) tkun weldet ċesarja, il-‘leave’ tal-paternita’ jkun tiġa spiċċa sakemm tkun għadek l-isptar. Allura nistaqsi: dan sewwa?!
Nisħqu tant fuq l-appoġġ tar-raġel lejn martu! Kif tista’ tgħin lil mara/partner wara li toħroġ mill-isptar, jekk il-‘leave’ tal-paternita’ jkun spiċċa tiġa!
Lilhinn minn dan kollu, tispikka aktar diskriminazzjoni publika, anke fuq ir-reklami ta’ ċerta kumpanija, ibda mill-ewwel wieħed ir-reklam tal-Vodafone ”Power to Mums”, biex jagħti aċċess ta’ telefonati bla limitu mill-omm għal uliedha!! Bħal dak li qalu, l-omm biss iċċempel lil uliedha, qisu l-missier le!! Dan reklam diskriminatorju li jeħtieġ li l-awtoritajiet konċeranti jieħdu azzjoni dwaru.
Nappella sabiex meta rridu nitkellmu dwar UGWALJANZA nitkellmu u naġixxu fl-ambitu tant vast tagħha, u mhux fejn irridu biss!’