F’post fuq il-midja soċjali, il-Ministru għall-Intern, Sigurtà, l-Ugwaljanza u Riformi appella lil kulħadd sabiex f’dan il-jum ikun viġilanti.
“Nappella lil kulħadd biex f’dan il-jum inkunu iżjed viġilanti u nibżgħu iktar għal xulxin. Il-ħaddiema fis-setturi tas-sigurtà se jkomplu jkunu ta’ servizz importanti f’dawn iċ-ċirkostanzi” Il-Ministru Camilleri.
Huwa kien qed jagħmel referenza għall-inċident li seħħ fil-Kamra tan-Nar ta’ San Ġużepp f’Ħal Kirkop u anke għall-fatt li issa żdied u ser ikompli jżid maltemp qawwi fuq pajjiżna.