Gennaro Russo, Naplitan ta’ 29 sena, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li f’Diċembrru li għadda ġie mixli bi traffikar ta’ ammont kbir ta’ droga kokaina u kannabis.
Id-droga li kienet tammonta għal madwar €450,000 instabet f’bosta propjetajiet li għandu Russo madwar il-pajjiż.
L-akkużat tressaq il-Qorti fis-17 ta’ Diċembru li għadda wara li kien arrestat ġo ħanut fin-Naxxar.
Russo inqabad b’erbatax-il kilogramma kannabis, kilo kokaina u b’aktar minn €200,000 fi flus kontanti li nstabu f’garaxx f’San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija fittxet ukoll f’garaxx ieħor fl-Imsida fejn instabu aktar basktijiet bil-kannabis.
Barra minn hekk, aktar kannabis u flus kontanti insatbu fid-dar tal-istess Russo.
Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat b’depożitu ta’ għoxrin elf ewro u garanzija personali ta’ tletin elf ewro.