Rapporti fil-midja internazzjonali kkonfermaw li l-miljunarju Malti Louis C. Camilleri qed joħroġ mas-supermodel internazzjonali Naomi Campbell.
Imwieled l-Eġittu minn ġenituri Maltin, Camilleri għamel għexieren ta’ snin jaħdem għall-kumpanija tat-tabakk Philip Morris – li eventwalment laħaq Kap Eżekuttiv tagħha.Dak iż-żmien kien stmat li jagħmel mat-tletin miljun ewro fis-sena.
Sorsi viċin il-koppja qalu li ilhom flimkien għal numru ta’ ġimgħat, u sħabhom jafu li qed joħorġu flimkien, għalkemm l-mudella xtaqet li għall-bidu żżomm ir-relazzjoni sigrieta.
Campbell, magħrufa bħall-waħda mis-supermodels oriġinali, ilha timmudella minn meta kellha ħmistax –il sena.
Illum, fl-età ta’ sebgħa u erbgħin, hija waħda mill-iżjed mudelli rikonoxxuti internazzjonalment.
Uħud mill-eks maħbubin tagħha jinkludu lil Sylvester Stallone, il-Prinċep Albert ta’ Monaco, P. Diddy u Usher.