Nancy Caruana se terġa’ tibda sservi fil-kariga ta’ Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi. Hi għandha esperjenza ta’ tmien snin fi ħdan dan il-Ministeru msemmi.
Bħalissa Caruana tokkupa l-kariga ta’ Segretarju Permaneti fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, b’dan ir-rwol se jassumih Mark Musù. B’dan ir-rwol se jingħaqad ma’ dak li għandu bħala Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, wara r-riżenja ta’ Ronald Mizzi minn Segretarju Permanenti.
Fl-ittra tiegħu, Mizzi tenna li huwa fiduċjuż li fil-Qorti se joħorġu fatti li jiskulpawh, iżda jemmen li f’dan il-mument, din hija l-iktar għażla personali li tagħmel sens u li tirrispetta lill-amministrazzjoni pubblika.