Il-Kap tal-Oppożizzjoni Russu Alexei Navalny mistenni jirritirona r-Russja wara li kien qed jingħata trattament minħabba li ġie vvalenat mil-kimika msejħa Novichok.
Navalny beda jingħata kura intensiva, u saħansitra kien ukoll fuq ventilatur, wara li fl-20 ta’ Awwissu li għadda ħassu ħażin fuq titjira li kien fuqha.
It-tim tiegħu qed jibqa’ jallega li kien ivvalenat fuq ordni tal-President Russu Vladimir Putin, iżda l-Gvern Russu qed jiċħad li kellu x’jaqsam mal-każ.