It-tifel Ġappuniż li tħalla waħdu ġo foresta bħala kastig ħafer lil missieru. Waqt intervista televiżiva, missier it-tifel, Takayuki Tanooka, li għandu 44 sena, irrakkonta li lill-ibnu qallu kemm jissidpjaċih talli ġiegħlu jgħaddi minn żmien diffiċli ħafna.
Tanooka u martu ħallew lit-tifel waħdu għal dawk li kellhom ikunu ftit mumenti, ma’ ġenb ta’ triq fil-gżira Hokkaido, għax kien imqareb. Meta marru lura għalih, ma sabuh imkien. Awtoritajiet Ġappuniżi niedew tfittxija kbira għat-tifel, u kien biss wara sitt ijiem li nstab.
Il-missier qal li t-tifel wieġbu: “Inti missier tajjeb. Naħfirlek.”