Biex inkomplu nsaħħu s-sistema edukattiva hemm bżonn li nkomplu nibnu fuq it-tajjeb li diġa għandna. Dan nistgħu nagħmluh billi nassiguraw edukazzjoni inklussiva li tippromwovi l-abiltajiet differenti u li tipprepara lit-tfal tagħna għall-karrieri tal-futur.
Dan qalitu l-Ewroparlamentari Miriam Dalli waqt li kienet qed tindirizza attività fiż-Żurrieq, bit-tema ‘Malta: il-livell li jmiss’.
“Nemmen f’edukazzjoni li ma tkunx l-istess għal kulħadd imma edukazzjoni flessibbli għal ħtiġijiet differenti. Irridu nkunu ċerti li studenti b’abiltajiet differenti ma jintilfux minn sena għall-oħra għax inkunu aħna bħala soċjetàli nitilfu minn dak il-potenzjal,” qalet Dr Dalli.
Tul din il-leġislatura, Dr Dalli ħadmet flimkien mal-Assoċjazzjoni tal-Ġenituri bi Tfal bl-Awtiżmu biex l-Università ta’ Malta tkun aktar inklussiva biex anke studenti li għandhom diffikultajiet fit-tagħlim jkunu jistgħu jkomplu l-edukazzjoni fil-livell terzjarju.
Miriam Dalli, li anke fl-aħħar jiem kompliet tiltaqa’ mal-istudenti, semmiet kif studenti stess qed jipproponu biex tingħata aktar importanza lill-aspett soċjali, aktar w aktar f’sitwazzjoni fejn tant tfal qed jgħaddu ħin twil fuq mobiles bil-konsegwenza li qed jinħoloq defiċit fl-abiltajiet soċjali u kif wieħed jinteraġixxi flimkien.
“Nixtieq nara sistema edukattiva li tkompli tagħti aktar importanza lill-isports. Nemmen li b’dan il-mod nkunu qed nindirizzaw il-problema tal-obesitàu ngħinu aktar persuni jieħdu ħsieb is-saħħa mentali tagħhom,” qalet Miriam Dalli.
L-MEP Laburista, illi fil-Parlament Ewropew tippromwovi politika favur l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, saħqet illi l-istituzzjonijiet edukattivi Maltin iridu jippreparaw liż-żgħażagħgħall-industriji ta’ għada.
“Qed nitkellem dwar ħames, 10 snin oħra. Teknoloġiji bħal blockchain u AI diġa jinsabu magħna u hawnhekk għandna fejn nimirħu. Il-preparazzjoni ma tridx tkun waħda akkademika biss imma li nimbtu fiż-żgħażagħtagħna sens intraprenditorjali.”
Fost oħrajn, l-attivitàġiet indirizzata mill-Ministru għall-ĠustizzjaOwen Bonnici, mis-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli u l-Membru Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi. Zrinzo Azzopardi ħabbar kif, fuq inizjattiva konġunta ma’ Miriam Dalli, qed jiġu studjati proposti biex tkompli tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni kontra persuni b’disabilità f’oqsma differenti.
“Hemm persuni li meta jmorru jħabbtu l-bibien ta’ istituzzjonijiet finanzjarji qed isibu l-bieb magħluq. Hemm realtajiet fis-suq tal-assigurazzjoni li mhux qed jippermettu li persuni b’disabiltàjakkwistaw ċertu prodotti. Issa qed nistudjaw x’inhuma dawk is-soluzzjonijiet li jistgħu jiġu offruti,” qal Zrinzo Azzopardi.
Fid-diskors tagħha, Miriam Dalli sellmet lil Malta Ħielsa u fakkrett kif “permezz ta’ suldati tal-azzar, spalla ma’ spalla ma’ Dom Mintoff, assigura bażi soda għal pajjiżna. U llum 40 sena wara, ejja nkomplu nibnu fuq dan il-legat. Permezz ta’ l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-kunsilli lokali, ejja nibgħatu messaġġċar lill-Prim Ministru Joseph Muscat li Malta u l-Partit Laburista għad għandhom bżonnu.”