Jiem biss wara l-attakk massiċċ fl-ajruport ta’ Istanbul, f’rapporti li ħarġu jidher li ġew identifikati l-persuni li wettqu l-attakki suwiċidja kif ukoll il-moħħ wara dawn l-attakki. Ir-raġel responsabbli kien suldat tal-ISIS.
Tnejn minn tlett persuni li wettqu dawn l-attakki li qatlu 44 persuna fl-ajruport ta’ Araturk f’Istanbul ġew identifikati bħala Rakim Bulgarov u Vadim Osmanov.
Ir-rapport ma nkludiex in-nazzjonalita’ tagħhom iżda uffiċjali spjegaw li l-ewwel indikazzjonijiet juru li huma ġejjin mir-Russja, Uzbekistan u Kyrgyzstan, huma vjaġġaw mis-Sirja għat-Turkija matul ix-xahar ta’ Ġunju.