Għalkemm jaf li t-tfal li hu jagħżel biex jieħu ħsieb jaf ma jkollhomx ħajja twila u jkunu abbandunati, Mohamed Bzeek hu konxju ta’ dan iżda għal żewġ diċenji għadu għaddej jieħu ħsieb dawn it-tfal morda terminali f’Los Angeles.
Mohamed sostna kif tul dawn is-snin hu difen madwar għaxart itfal, u li bosta minnhom mietu f’idejh. Issa Bzeek qed iqatta’ diversi jiem u ljieli mingħajr serħan biex jieħu ħsieb tifla ta’ sitt snin li twieldet b’difett f’moħħa, kundizzjoni rari. Hi muta u kif ukoll għamja, għandha idha u saqajha pparalizzata u kull tant żmien ituha attakki tal-aċċessjoni.
Bzeek li hu mwieħed il-Libja u jsegwi r-reliġjon tal-Islam u li jgħix Azusa, f’intervista sostna li l-għan tiegħu hu li jrid li dawn it-tfal ikunu jafu li hemm min iħobbhom u li hemm xi ħadd għalihom f’dawn iż-żminijiet tant diffiċli.
Għalkemm dejjem għamel l-aħjar li jista’ biex itihom l-aħjar ħajja, mara li semgħet l-istorja tiegħu ġiet ispirata u ddeċidiet li tibda kampanja ta’ ġbir biex tgħinu jtejjeb il-ħajja, kemm tiegħu hekk kif bħalissa għaddej bil-battalja kontra l-kanċer, u kif ukoll tat-tfal li hu se jkun qed jieħu ħsieb.
F’temp ta’ ftit xhur, is-somma li kienet mistennija tinġabar inqabżet b’ammont konsidorevoli fejn s’issa nġabret is-somma ta’ aktar minn $400,000
Segwi l-istorja ta’ Mohamed hawn isfel: