Nadur Youngsters huma matematikament champions tal-kampjonat tal-ewwel diviżjoni f’Għawdex meta għad fadal erba’ logħbiet għat-tmiem tal-istess kampjonat.
Dan sar possibli grazzi għar-rebħa li Nadur kellhom fuq Xewkija Tigers 5-1 u anke ghat-telfa ta’ 1-0 li sofrew Għajnsielem kontra Kerċem Ajax. Dan huwa t-tlettax –il kampjonat mirbuħ mit-team ta’ Nadur u issa flimkien ma’ Victoria Hotspurs saru l-aktar klabb li qatt rebħu dan il-kampjonat.
Kampjonat 1 Divizjoni (Klassifika Parzjali)
Nadur Youngsters 46
Ghajnsielem 33
Kercem Ajax 30
Victoria Hotspurs 22
Oratory Youths 16
Xewkija Tigers 13
Sannat Lions 13
SK Victoria W. 12
Ritratt: Anaca Photography/Nadur Youngsters FC)