In-Nutara Myriam Spiteri Debono saret uffiċjalment il-ħdax-il President ta’ Malta.
Dan meta hi ħadet il-ġurament tal-ħatra bħala l-Kap ta’ Stat Malti mill-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia, fis-Sala tat-Tron fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta.
In-Nutara Spiteri Debono ffirmat il-Ġurament tal-Ħatra bħala President ta’ Malta, bl-Ispeaker Anġlu Farrugia ffirma l-Ġurament bħala konferma.
Wara d-daqqa tal-fanfarra minn Membri tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-President Myriam Spiteri Debono qrat il-Proklama fejn iddikjarat li hi assumiet il-funzjonijiet tal-kariga ta’ President ta’ Malta.
Din il-Proklama ġiet iffirmata mill-President Spiteri Debono u wara mill-Prim Ministru Robert Abela.