“My Son Pinocchio” huwa spettaklu mużikali li jirrakkonta l-istorja minn perspettiva ġdida – dik ta’ Ġeppetto, il-missier ġdid li malajr jiskopri li l-ħajja ta’ ġenitur mimlija sfidi.
Dan il-musical se jittella’ minn Centrestage Malta Events (CSM) nhar il-Ġimgħa, 25 u s-Sibt, 26 ta’ Ottubru 2024 fis-Sala Sir Temi Zammit, l-Università ta’ Malta, Msida.
Waqt li Ġeppetto jipprova jiffaċċja d-diffikultajiet li jsib quddiemu, huwa jagħmel minn kollox biex joħloq lil Pinocchio bħala “t-tifel perfett.”
Madankollu, f’mumenti ta’ dlam, Ġeppetto jibda jaħseb li qatt mhu se jerġa’ jara lil ibnu.
Hawnhekk, jifhem tassew x’għandu bżonn biex ikun missier u x’inhu verament l-imħabba bla kundizzjoni.
“My Son Pinocchio” ta’ Disney huwa bbażat fuq il-karattru klassiku tal-pupazz tal-injam li jingħata l-ħajja.
Dan il-musical iġib magħhom il-kanzunetti favoriti “When You Wish Upon a Star” u “I’ve Got No Strings” flimkien ma’ kanzunetti ġodda mill-kompożitur rebbieħ tal-Oscar, Stephen Schwartz.
Dan l-ispettaklu jittratta temi importanti bħal xi jfisser li tkun “it-tifel perfett” u “missier reali”.
CSM, hija skola tal-Arti li qed tiċċelebra 14-il sena ta’ produzzjonijiet eċċellenti, hija magħrufa għall-wirjiet innovattivi tagħha. Fost il-produzzjonijiet riċenti tagħha hemm “Rum&Rock n Roll (2024)” “Carols in Concert” (2023), u “Alice” (2022). Din is-sena, CSM tibqa’ toffri pjattaforma ta’ livell għoli għall-artisti, kemm lokali kif ukoll barranin, bil-għan li tkompli tikber fil-qasam tal-arti performattiva.