Il-Gozo Channel tixtieq tavża lill-pubbliku li l-vapur MV Malita se jkun temporanjament indispost mill-operat minħabba li se jkun d-Dry Docks għal manutenzjoni mill-Erbgha 6 ta’ Frar sat-Tlieta 12 ta’ Frar 2019.
Għalhekk biex il-kumpanija ttaffi l-immaniġjar tat-traffiku filgħodu, il-vjaġġi mill-Erbgha 6 ta’ Frar2019, (bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa), f’dan il-perjodu, se jsiru kif ġej:
Il-vjaġġi l-oħra se joperaw skont l-iskeda, iżda s-servizz jista’ jaqleb shuttle skont id-domanda tat-traffiku. Il-kumpanija hija kommessa li topera l-vapur MV Ta’ Pinu biż-żewġ xkafef biex l-operat ilaħħaq mad-domanda tat-traffiku skont l-esiġenzi neċessarji.
L-arranġamenti t’hawn fuq jibqgħu fis-seħħ sakemm MV Malita jkun lura fis-servizz u jiddependi mill-kundizzjoni tat-temp.
Il-kumpanija Gozo Channel irringrazzjat lill-pubbliku tal-koperazzjoni.