L-MV Malita dalwaqt se jerġa’ jibda jaqsam il-fliegu bejn Malta u Għawdex. Wara xogħol estensiv ta’ manutenzjoni, nhar il-Ħamis se jerġa’ tibda jintuża. Huwa vapur ta’ ħmistax-il sena; ċioe l-aktar wieħed riċenti minn flotta ta’ tlieta. Kull ħames snin, issir ħidma fuq il-vapur sabiex jibqa’ joffri servizz tajjeb.
Hawn tista’ tara x-xogħol hu u jsir fit-tarzna ta’ Palumbo.