Dawn huma Tsuumi Sound System- folk band Finlandiża li f’Mejju li ġej se tagħti kunċert fil-Malta World Music Festival. L-ewwel festival f’pajjiżna iddedikat lill-mużika minn madwar id-dinja, li se jittella’ fid-dsatax u l-għoxrin ta’ Mejju.
Il-Festival, li se jittella’ f’Sant Iermu, se jara wkoll il-parteċipazzjoni tal-grupp Malti Brodu u TIWIZA- grupp ta’ mużiċisti Alġerini u Franċiżi li żewġu l-ġenerli tar-rock, jazz u folk.
L-għada, s-Sibt jieħdu l-palk The Khoury Project- tliet aħwa li kkombinaw il-mużika tradizzjonali Għarbija mal-flamenco.
Il-Festival se jkollu wkoll il-parteċipazzjoni t’artista mill-Gambia, Sona Jobareth u l-grupp Taljan Bandadriatica, li ismu miegħu dar l-irħula Taljani li jinsabu mal-baħar Adriatiku jibnu repertorju tagħhom bil-mużika tipika tal-irħula.
Tradizzjonalment, l-unika festival li jesponi din il-mużika tradizzjonali f’ pajjiżna huwa l-għanafest, iżda l-Kunsill Malti għall-Arti ħass li dan il-ġeneru kellu jingħata identita għalih. Kif spegalna l-Artist Renzo Spiteri.
“Dak li huwa Malti ma jonqos qatt. Din kienet waħda mill-ideat tagħna li naqsmu dak li kien l-għana fest li kien jinkorpora fih elementi ta’ World music u nisseparawhom biex kull wieħed ikollu pjattaforma ikbar u espożizzjoni ikbar biex dak li huwa Malti jibqa’ bħala ġeneru għalih u nsaħħuh u dak li huwa world music insaħħuh ukoll,” spjega Spiteri.
Dan il-festival se joffri wkoll pjattaforma għat-talent lokali peress li artisti Maltin mistennija jikkollaboraw ma’ dawk li ġejjin pajjiżna għall-festival.