Minn nhar it-Tnejn li ġej, DJs u mużiċisti se jkunu jistgħu jibdew idoqqu fir-ristoranti u fil-bars.
Din id-deċiżjoni saret magħrufa fl-aħħar protokolli tas-saħħa li ġew ippubblikati mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.
Permezz ta’ dawn il-protokolli, mużiċisti u d-DJs se jkunu jistgħu jdoqqu mużika baxxa.
Mużiċisti u d-DJs għandhom iżommu distanza ta’ erba’ metri min-nies fl-istabbilimenti.
Fejn dan mhux possibbli ssir perspex u allura d-distanza tinżel għal żewġ metri.
L-ilbies tal-maskri, iż-żamma tad-distanza u miżuri oħrajn iridu jibqgħu jkunu osservati.