F’dawn il-jiem il-belt siekta tal-Imdina, kif ukoll il-kapitali Valletta, laqgħu l-finali tal-Malta International Music Competition.
Din hi kompetizzjoni li fiha pparteċipaw mużiċisti b’talenti f’istrumenti differenti minn madwar id-dinja wara li kienu magħżula fi proċess kompettitiv li sar fi Frar li għadda.
Il-kompetituri jvarjaw kemm fl-età u anke fl-istrumenti li jdoqqu, xi ħaġa li spjegat Josiane Lambert, parti mill-ġurija internazzjonali.