Mużew fi Franza ddedikat għall-artist Étienne Terrus skoprew pitturi li kienu tal-istess artist, li ma kinux awtentiċi.
Il-mużew li jinsab f’Elne fi Franza skopra li 82 pittura, li kienu maħsuba li kienu tiegħu, ma kinux impitrin minnu.
Dan hekk kif issa hu maħsub li nofs il-kollezzjoni hi falza bil-pitturi jiswew madwar €160,000.
Il-ħaddiema fil-mużew ma kinux konxji li dawn il-pitturi ma kinux awtentiċi sakemm storiku tal-arti nnotifikahom.
Il-kunsill ta’ Elne xtara l-pitturi għal mużew tul dawn l-aħħar 20 sena.