Il-Ġimgħa filgħaxija ġie inawgurat il-Mużew Malti għall-Futbol, fit-tieni sular tal-Grawnd Nazzjonali f’Ta’ Qali.
Fih hemm esebiti l-iżjed trofej antiki u prestiġġjużi flimkien ma’ flokkijiet, dokumenti u affarjiet li jfakkru l-memorja ta’ plejers, kowċis u uffiċjali li għamlu isem lil pajjiżna.
Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol innota kif il-fatt li l-ftuħ tal-mużew sar fil-preżenza tal-President tal-FIFA, jagħmel din l-okkazjoni iżjed speċjali.
Qal, “Qed isiru proġetti ta’ investiment kapitali fl-infrastruttura sportiva verament importanti u naħseb kollox ma’ kollox juri dak li huwa l-progress li qiegħed jagħmel il-football Malti fil-livelli kollha.”
Il-President tal-FIFA qal li l-ġurnata li qatta’ f’pajjiżna tmur lil hinn minn sempliċiment ċelebrazzjoni tal-futbol.
Spjega, “A country where I always feel at home so thank you very much for everything, thanks for having us here and thanks for continuing to develop football for the joy of our boys and girls.”
Il-Ministru għall-Inklużjoni Julia Farrugia Portelli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima, qalu li dan il-mużew juri l-kontribut sħiħ ta’ pajjiżna lejn il-futbol.