Is-Sala Madonna tal-Karmnu, is-sala prinċipali tal-Każin tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria fiż-Żurrieq, qed tkompli tissebbaħ b’mużajk artistiku.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Mużajk li qed jinħadem bi ħġieġ murano, fi Pietrasanta, l-Italja, mid-ditta magħrufa Ferrari e Bacci, se jkompli jagħti dehra sinjura lil din is-sala maestuża.
Din hi l-istess ditta li ħadmet il-Mużajk tal-kwadri tas-santwarju ta’ ġewwa ta’ Pinu kif ukoll is-santwarju tal-madonna tal-Mellieħa.
Il-kulur safrani f’dan il-mużajk huwa magħmul minn deheb ta’ 18-il karat fil-ħġieġ.
L-idea nibtet mill-kwadri li hemm fis-santwarju mill-Mużajk li hemm fil-Knisja ta’ Pinu.
Dan il-mużajk se jkun qed jiġi inawgurat fit-8 ta’ Lulju fit-8:30 ta’ filgħaxija.