Raġel ta’ 57 sena mill-Munxar weġġa’ gravi wara inċident bil-mutur f’Għajnsielem Għawdex.
Il-każ seħħ għal ħabta tas-12:45 ta’ wara nofsinhar fi Triq l-Imġarr f’Għajnsielem. L-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija urew kif l-inċident seħħ meta kien ħabta bejn karozza tat-tip Peugeot Partner misjuqa minn raġel ta’ 20 sena li jgħix f’Ta’ Sannat ma’ mutur tat-tip Kymco.
Fuq il-post marret ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.