Illum għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu (1100hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Tul il-Kosta, limiti tan-Naxxar.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Kymco Agility li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 49 sena, residenti l-Imtarfa u karozza tal-għamla Peugeot 208 misjuqa minn raġel Bulgaru ta’ 36 sena.
Kawża ta’ dan l-inċident, ir-raġel ta’ 49 sena sofra xi ġrieħi u għaldaqstant kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.