L-Unjin Maltija għall-għalliema qed titlob sistema iżjed effiċjenti fil-qrati. Dan hekk kif l-MUT se tippreżenta petizzjoni lill-Prim Ministru Joseph Muscat kif ukoll lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici; petizzjoni li titlob biex jonqos il-ħin estensiv ta’ stennija li jkollhom jgħaddu persuni li jidħlu l-qorti. Din il-petizzjoni ġiet iffirmata minn 2,000 professjonist.
L-għan tagħha huwa li tinħoloq kuxjenza dwar dak li jkollhom jgħaddu minnhom il-persuni li jidħlu l-Qorti fejn il-karriera, ir-reputazzjoni u l-ħajja tal-persuna jkunu kważi sospiżi sakemm jintemm il-każ. L-MUT appellat lill-politiċi biex jingħaqdu u verament jagħmlu bidla f’dan il-qasam.
L-Unjin Maltija għall-għalliema għamlet dan wara l-każ tal-LSA Karen Mercieca li kienet arrestata ħames snin ilu fuq allegazzjonijiet li ma kinux investigati. Il-każ dam jinstema’ quddiem il-qorti għal erba’ snin sħaħ; ħaġa li affetwat ħajjet Karen u tal-familja tagħha. Għalkemm il-qorti ħadet id-deċiżjoni tagħha , ftit wara l-Avukat Ġenerali appella l-konklużjonijiet tas-sentenza li ngħatat b’konsegwenza li Karen Mercieca baqgħet titla’ l-qorti għal smigħ ta’ każ li donnu ma jridx jintemm.
L-Unjoni Maltija għall-għalliema qalet każ ta’ Karen huwa simili għal dak li ċittadini oħra jkollhom jgħaddu minnu. Sistema deskritta bħala insensittiva għal mod kif il-qorti titratta ċ-ċittadini tagħha, sistema ta’ dewmien żejjed.
Il-Petizzjoni titlob biex titkompla r-riforma fil-qrati fost oħrajn billi jkunu ħin stipulat biex jinstemgħu każijiet sensittiv b’ta’ li mod li dan il-ħin ma jkunx ta’ detriment għall-familja.
Tisħaq fuq il-bżonn li l-każ ikun indirizzat b’mod ħolistiku kif ukoll tappella biex fis-sentenza tagħha l-qorti tagħti kumpens. Dan jevita lill-persuna milli tiftaħ każ ieħor biex titlob ġustizzja.