Rapport ikkummissjonat minn Dame Louise Casey, responsabbli fl-integrazzjoni f’isem il-Gvern tar-Renju Unit, żvela realtajiet interessanti fejn jidħlu r-reliġjon, l-integrazzjoni u l-preċezzjonijiet.
Fosthom irriżulta li persuni Musulmani f’ċertu komunitajiet tar-Renju Unit jgħixu f’dinja għalihom, f’komunitajiet ta’ housing estates fejn hemm skejjel u anke stazzjonijiet tat-televiżjoni differenti mill-kumplament tal-pajjiż. Dan qed iwassal biex meta mistoqsija kemm jaħsbu li hemm Musulmani fir-Renju Unit, ħafna wieġbu li jemmnu li l-maġġoranza fir-Renju Unit hija Musulmana. Ħafna qalu li jemmnu li 75% tal-popolazzjoni Ingliża hija Musulmana.
Skont ċensiment li saar fl-2011, hemm inqas minnn 5% Musulmani f’Wales u l-Ingilterra, filwaqt li hemm mas-60% li huma Kattoliċi.
Lil hinn minn kwistjonijiet ta’ kemm hemm maġġoranzi u minoranzi, lil hinn minn kull argument razzist li mhux l-iskop tal-istudju, ir-rapport qed iġiegħel lil ħafna jikkritikaw lill-Gvern talli ma rnexxilux jindirizza problemi ta’ migrazzjoni tal-massa b’mod effettiv, b’mod li jwassal għall-integrazzjoni.
L-ikbar konċentrazzjonijiet ta’ komunitajiet Musulmani maqtuhin f’dinja għalihom jinsabu f’Bradford, Dewsbury u Blackburn – skont kif irrapportat fil-ġunral Ingliż The Sunday Times.