In-negozjant Elon Musk diġà magħruf bħala fost l-aktar sinjuri fid-dinja, b’valur ta’ madwar 251 biljun dollar Amerikan, skont l-indiċi tas-sit Amerikan Bloomberg. Madankollu, issa l-akkademja Informa Connect qed tbassar li Musk mistenni jsir l-ewwel triljunarju fid-dinja sa tliet snin, hekk kif il-ġid tiegħu qed jikber b’rata ta’ 110 fil-mija.
Ir-rapport jisħaq ukoll li l-kumpanija tiegħu Tesla, li timmanifattura l-karozzi elettriċi u attwalment għandha valur fis-suq ta’ madwar seba’ mitt biljun dollar, mistennija tikber b’aktar minn 170 fil-mija.
Għaldaqstant it-Tesla waħedha wkoll mistennija taqbeż il-valur tal-triljun dollaru sas-sena d-dieħla u tilħaq kumpaniji bħal Microsoft, Apple, Meta u Amazon, li diġà għandu tali valur.