Elon Musk qal li min juża Twitter u jimpersona lil ħaddieħor mingħajr ma jispeċifika b’mod ċar li qed jagħmel parodija se jiġi sospiż b’mod permanenti.
F’sensiela ta’ Tweets, ħabbar li m’hu se jkun hemm ebda twissija qabel is-sospensjoni, f’każ li xi ħadd jagħmel parodija u ma jkunx ċar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Minn naħa l-oħra, ikkonferma pjanijiet biex persuni jkunu jistgħu jixtru status verifikat b’marka blu. Iżda kwalunkwe bidla fl-isem tikkawża telf temporanju ta’ din il-marka ta’ verifika.
Musk, is-sid il-ġdid tal-kumpanija, issensja madwar nofs il-ħaddiema fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.