F’Ruma l-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-Kummisarju Għoli għas-Sigurtà u Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea Federica Mogherini qed jindirizzaw lill-pubbliku billi jippreżentaw milestones tal-Unjoni Ewropea.
Dan kollu jum qabel l-Ewropa tfakkar is-sittin anniversarju minn twelidha. Madwar 250 ċittadin, inkluż studenti, se jagħmlu mistoqsijiet lejn iż-żewġ mexxeja. Kwistjonijiet bħal Brexit, l-immigrazzjoni u kif l-Unjoni Ewropea tista’ tibqa toffri l-aħjar liċ-ċittadini mistennija jkunu fost is-suġġeti diskussi.